
Waterpolo
Waterpolo: Marsascala jgħaddu għall-finali tal-play-offs
Waterpolo: Illum wara nofsinhar fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq intlagħbet it-tieni semifinali play-off tal-Ewwel Diviżjoni fejn Marsaskala Fish and Fish għaddew għall-finali kontra Valletta Izibet meta għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 7-5. L-aqwa skorers għal Marsaskala kienu Jean Claude Cutajar u Paul Privitera li skorjaw tliet gowls kull wieħed. Għal Marsaxlokk spikka Timothy Agius li skorja wkoll tliet gowls għat-tim tiegħu.