Waterpolo
Waterpolo: Marsaskala fis-semifinali tan-Knockout b’rebħa fuq Ta’ Xbiex

Marsaskala Fish & Fish għamluha għas-semifinali tan-Knockout meta fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos 9-7. Kienu ta’ Xbiex li fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni 4-3, bit-tieni u t-tielet sessjoni jintemmu fi draw ta’ 2-2 u 1-1 rispettivament. Fir-raba’ u l-aħħar sessjoni Marsaskala ma tawx ċans lil Ta’ Xbiex u rebħulhom 3-0 biex b’hekk dawru wkoll ir-riżultat favurihom għal skor finali ta’ Ta’ Xbiex Amigos 7  Marsaskala Fish & Fish 9.

Nenad Kacar kien l-aqwa skorer għal Ta’ Xbiex meta skorja tlieta, filwaqt li għal Marsaskala Jan Culic skorja erbgħa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

San Ġiljan Tum Invest 18  Marsaxlokk Browns 12 L-ewwel u t-tielet sessjoni kienu importanti ħafna għal San Ġiljan għax permezz tal-vantaġġ li tellgħu f’dawn iż-żewġ sessjonijiet ħarġu rebbieħa fuq l-avversarji….

Waterpolo

Fi programm ta’ żewġ logħbiet mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, rebħiet għal Marsaskala u Birżebbuġa fil-partiti rispettivi tagħhom. Marsaskala Fish & Fish 18  Otters Nivea 13 Marsaskala ma tilfux sessjoni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Min għada sa nhar il-Ħamis erbat ijiem ta’ logħob mill-kampjonat Premier u anke mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Wara ġimgħa mingħajr logħob minħabba l-impenji tat-teams nazzjonali taż-żgħażagħ din il-ġimgħa t-teams lokali…

Aktar