Waterpolo
Waterpolo: Marsaskala jegħlbu lil Otters u Birżebbuġa jirbħu lil Ta’ Xbiex

Fi programm ta’ żewġ logħbiet mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, rebħiet għal Marsaskala u Birżebbuġa fil-partiti rispettivi tagħhom.

Marsaskala Fish & Fish 18  Otters Nivea 13

Marsaskala ma tilfux sessjoni waħda fil-logħba kontra Otters meta rebħuha bil-punteġġ ta’ 18-13. L-ewwel sessjoni spiċċat fi dro ta’ 4-4, imma minn hemm ‘il quddiem Marsaskala ħadu r-riedni f’idejhom u rebħu t-tliet sessjonijiet ta’ wara 3-2, 5-4 u 6-3. Konstantin Averka skorja 8 gowls għal Marsaskala u b’hekk kien l-aqwa skorer għalihom filwaqt li Milos Filipovic skorja 5 għal Otters.

 

Birżebbuġa Freeport 18  Ta’ Xbiex Amigos 17

F’logħba oħra missielta, Birżebbuġa skurjaw gowl aktar mill-avversarji biex rebħu lil Ta’ Xbiex 18-17. Birżebbuġa fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 5-2, imma fit-tieni sessjoni Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk meta rebħuha 3-1. Birżebbuġa rebħu t-tielet sessjoni 3-2 biex b’hekk għamlu ċert li f’logħba sħiħa qatt ma kienu fl-iżvantaġġ, bl-aħħar sessjoni tintemm 4-2 favur Ta’ Xbiex. Antun Goreta kien il-plejer li l-aktar skorja gowls għal Birżebbuġa, 4, filwaqt li għal Ta’ Xbiex Nenad Kacar u Niccolo Gitto skurjaw 4 kull wieħed.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

Waterpolo LEN Euro cup 2019 : Hekk kif il-bieraħ fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq is-selezzjoni Maltija taħt l-isem ta’ Valletta Waterpolo Club tilfu bl-iskor ta’ 13 bi 8 kontra Posilipo, illum it-tim…

Waterpolo

Il-Malta Waterpolo Referees Association ikkritikat dak li sejħet in-nuqqas ta’ fiduċja li l-club tal-waterpolo ta’ Sliema wera fl-istess assoċjazzjoni: sal-punt li l-club talab li l-partiti deċiżivi tal-kampjonat premier tas-sajf tal-waterpolo…

Waterpolo

Neptunes huma ċ-Champions tal-Waterpolo dan wara li fit-tieni play off tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo huma għelbu lil Sliema 14-10 L-ewwel sessjoni ntrebħet minn Sliema bl-iskor ta’ 4-2 b’Neptunes jirbħu t-tieni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Wara li t-team ta’ San Ġiljan kellu kampjonat diżappuntanti – tant li falla milli jakkwista post fil-finali hekk kif tilef kontra Sliema 10-9 fil-logħba deċiżiva, kienet ikkonfermata r-riżenja tal-President…

Aktar