Waterpolo
Waterpolo: Marsaskala u Marsaxlokk rebbieħa fil-logħbiet rispettivi tagħhom

Fiż-żewġ logħbiet li ntlagħbu t-Tlieta filgħaxija fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, Marsaskala Fish & Fish u Marsaxlokk Browns ħarġu rebbieħa fil-logħbiet rispettivi tagħhom tal-Cross Overs 2019.

Ta’ Xbiex Amigos 9  Marsaskala Fish & Fish 15

Ta’ Xbiex bdew tajjeb fl-ewwel sessjoni tant li rebħuha bil-punteġġ ta’ 3-2, imma minn hemmhekk ‘il quddiem Marsaskala ħadu l-kontroll tal-logħba u ma taw l-ebda ċans ieħor lill-avversarji. Fit-tieni sessjoni l-Iskalin dawru l-logħba meta rebħuha 5-2, imbagħad rebħu ż-żewġ sessjonijiet ta’ wara 3-1 u 4-3. L-aqwa skorer għal Ta’ Xbiex kien Niccolo Gitto li skorja 3 gowls, filwaqt li għal Marsaskala Konstantin Averka skorja 7.

 

Exiles Elia Caterers 12  Marsaxlokk Browns 15

F’logħba aktar missielta, Exiles tilfu kontra Marsaxlokk bl-iskor ta’ 15-12. L-Ixlukkajri fetħu tajjeb tant li l-ewwel sessjoni rebħuha bil-punteġġ ta’ 4-2, b’Exiles jirkupraw xi ftit fit-tieni waħda meta żammew l-iskor 3-3. Marsaxlokk reġgħu rebħu sessjoni oħra, it-tielet waħda, bir-riżultat ta’ 4-2, biex b’hekk fetħu 4 gowls vantaġġ, imma l-Exiles rebħu l-aħħar sessjoni 5-4 għal riżultat finali ta’ 15-12.

L-aqwa skorer għal Exiles kien Timothy Sullivan li skorja 4 gowls filwaqt li Ivan Nagaev skorja 7 għal Marsaxlokk.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni Play-offs L-Ewwel Logħba – Semifinali Fl-ewwel logħba mis-semifinali tal-play-offs tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, Marsaskala Fish n Fish għelbu lil Marsaxlokk Browns 10-4. Marsaskala kienu aħjar mill-avversarji…

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar