Waterpolo
Waterpolo: Marsaxlokk u Marsakala rebbieħa fil-play-offs

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs

Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11

Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u 3-0. L-aħjar skorer għal Marsaxlokk kien Timothy Agius li skurja tlieta.

 

Ta’ Xbiex 5   Marsaskala Fish n Fish 10

Marsaskala kienu aktar konvinċenti kontra Ta’ Xbiex fit-tieni logħba kontra xulxin mill-play-offs meta rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet u serrħu rashom qabel l-aħħar sessjoni biex għelbu lill-avversarji 10-5. L-ewwel sessjoni rebħuha 3-1, u komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni waħda meta rebħuha 2-0. It-tielet sessjoni rebħuha 4-2 biex sa dak il-ħin ir-riżultat kien ta’ 9-3, u fl-aħħar sessjoni Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni ħafifa u rebħuha 2-1. Għal Ta’ Xbiex skurjaw żewġ gowls kull wieħed Matthew Mifsud u Nico Schiavone, filwaqt li Luca Felice kien l-aqwa skorer għal Marsaskala meta skurja ħamsa.

 

Fil-Pixxina Nazzjonali llejla jintlagħbu żewġ play-offs oħra, did-darba mill-Kampjonat BOV Premier:

18:15 San Ġiljan TUM Invest – Sirens Mecca Marine Enterprises

19:20 Sliema Frank Salt Real Estate – Neptunes Waterpolo Sports Club

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA