Waterpolo
Waterpolo: Neptunes fil-finali wara li għelbu lil Marsaxlokk

Netpunes Leo Vegas għamluha għall-finali tan-Knockout meta għelbu lil Marsaxlokk Browns 13-11 fis-semifinali.

L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata għall-aħħar bir-riżultat ikun dak ta’ 3-3 sa tmiemha. Fit-tieni sessjoni Neptunes fetħu l-vantaġġ meta rebħuha 4-3, u fit-tielet sessjoni komplewm żiduh meta rebħuha 4-2. Bi 3 gowls vantaġġ daħlu għall-aħħar sessjoni u għalkemm tilfuha 3-1 xorta waħda żammew il-vantaġġ biex għaddew għall-finali.

L-aqwa skorer għal Neptunes kien Steven Camilleri li skorja ħamsa, filwaqt li Ivan Nagaev skorja 4 għal Marsaxlokk.

Neptunes Leo Vegas ser jiltaqgħu kontra Sliema Frank Salt fil-finali ta’ nhar il-25 t’Awwissu.

Matul il-ġurnata tat-Tnejn jitkompla l-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni fejn fis-18:15 Marsaskala Fish & Fish jilagħbu kontra Otters Nivea. Warajhom, fis-19:30 jintlagħab il-konfront bejn Birżebbuġa Freeport u Ta’ Xbiex Amigos.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-17 -il sena. Rebħa għat-team Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17 -il sena kontra t-Turkija bl-iskor ta’ 12-8 f’logħba minn Grupp A. Din kienet l-ewwel rebħa…

Waterpolo

Fil-Pixxina nazzjonali f’tal Qroqq Birżebbuġa Freeport għelbu lil Valletta Videoslots bl-iscore ta’ 12-11 fis-semifinali ta l-1 Div tan KO. Partita li bdiet bilanċjata fl-ewwel żewġ sessjonijiet madankollu B’bugia ddominawa t-tielet…

Sport Lokali

Waterpolo Fil-pixxina nazzjonali f’tal-qroqq tlett partiti l-Erbgħa filgħaxija. Fl-ewwel waħda mill-kampjonat Premier Exiles għelbu lil M’Xlokk bl-iscore ta’ 15-11 filwaqt li mill-Kampjonat ta l-Ewwel Diviżjoni Valletta għelbu lil B’bugia bl-iscore…

Waterpolo

Żewġ logħbiet, waħda minn kull diviżjoni fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, matul il-ġurnata tat-Tlieta. Neptunes Leo Vegas 10  Sliema Frank Salt 6 Mill-Kampjonat Premier, Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 10-6, f’logħba…

Aktar