Waterpolo
Waterpolo: Neptunes fis-Semi finali wara rebħa ta’ 13-10 fuq il-ġirien il-Ġiljaniżi

Waterpolo: San Ġiljan TUM invest sfaw eliminati f’din il-fażi bikrija tal-kompetizzjoni Knock Out tal-ASA 2019 hekk kif tilfu 13-10 kontra Neptunes Leo Vegas.

F’dan il-konfront l-aħjar skorers għal Neptunes kienu Jake Muscat (3), Niki Lanzon (2), Ken Erdogan (2), Peter Muslim (2), Darko Brguljan (2), u goal kull wieħed għal Jordan Camilleri u Nikolai Zammit. Għal San Ġiljan skorjaw Niksa Dobud (5), u goal kull wieħed għal Gulliermo Molina, Matthew Zammit, Tristan Said u Darren Zammit.

Neptunes kellhom lil Stevie Camilleri nieqes minħabba li kien sospiż filwaqt li sospiżi wkoll għal San Ġiljan kienu Ben Plumpton u Dino Zammit.

Intant fl-ewwel logħba l-bieraħ mill-kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni B’Bugia Freeport rebħu 12-10 kontra M’Skala Fish & Fish.
Mill-Kampjonat BOV Premier Sliema Frank Salt Real Estate rebħu 14-10 kontra M’Xlokk Browns u fl-aħħar logħba tal-ġurnata Sirens Greentube rebħu 14-7 kontra Exiles Elia Caterers.
Wara dawn ir-riżultati qabel il-bidu tal-għaxar ġurnata li tibda nhar it-Tlieta l-ewwel fil-klassifika Premier hemm Sirens bi 15 -il punt, segwiti minn Sliema u Neptunes bi 12 -il punt u San Ġiljan warajhom b’10 punti. Analiżi dwar il-kwarti tal-finali tan-Knock out tal-lum u dwar l-andament tal-kampjoant sa issa fil-programm Swim Up li jixxandar għada fid-.8.45pm fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Fi programm ta’ żewġ logħbiet mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, rebħiet għal Marsaskala u Birżebbuġa fil-partiti rispettivi tagħhom. Marsaskala Fish & Fish 18  Otters Nivea 13 Marsaskala ma tilfux sessjoni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Min għada sa nhar il-Ħamis erbat ijiem ta’ logħob mill-kampjonat Premier u anke mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Wara ġimgħa mingħajr logħob minħabba l-impenji tat-teams nazzjonali taż-żgħażagħ din il-ġimgħa t-teams lokali…

Waterpolo

Waterpolo Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-17 -il sena. Rebħa għat-team Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17 -il sena kontra t-Turkija bl-iskor ta’ 12-8 f’logħba minn Grupp A. Din kienet l-ewwel rebħa…

Aktar