Waterpolo
Waterpolo: Neptunes jirbħu kontra Exiles, rebħa wkoll għal Marsaskala

Żewġ logħbiet fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq matul it-Tlieta filgħaxija, waħda mill-Kampjonat Premier u l-oħra mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Neptunes Leo Vegas 16  Exiles Elia Caterers 10

Rebħa għal Naptunes fuq Exiles bil-punteġġ ta’ 16-10, bin-Neptunes jirbħu l-ewwel tliet sessjonijiet, imbagħad ikkalmaw xi ftit fl-aħħar sessjoni biex taw ċans lil Exiles jirkupraw xi ftit. Fl-ewwel sessjoni Neptunes fetħu vantaġġ ta’ 3 gowls meta spiċċaw 5-2, u komplew ikabbru d-distakk meta t-tieni sessjoni rebħuha 5-4. Fit-tielet sessjoni l-Exiles ma rnexxilhomx isibu x-xibka u tilfuha 3-0, filwaqt li mbagħad irnexxilhom jirbħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni 4-3, għal riżultat finali ta’ Neptunes 16 Exiles 10.

Jordan u Steven Camilleri kif ukoll Petar Muslim skurjaw 3 gowls kull wieħed għan-Neptunes, filwaqt li Michele Stellini kien l-aħjar skorer ta’ Exiles b’4 gowls.

 

Marsaskala Fish & Fish 17  Otters Nivea 11

Mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Marsaskala ma kellhomx diffikultà biex ixejnu l-isfida ta’ Otters meta rebħulhom 17-11. Marsaskala rebħu s-sessjonijiet kollha, 5-3, 4-2, 3-2, 5-4. L-aqwa skorer għal Marsaskala kien Kristijan Milakovic li waħdu skorja 6 gowls, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra Domninique Zahra skorja 4.

 

L-Erbgħa jintlagħbu 3 logħbiet, tnejn mill-Kampjonat Premier u waħda mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Kampjonat Premier

Sirens Greentube – Marsaxlokk Browns

San Ġiljan Tum Invest – Sliema Frank Salt Real Estate

 

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Valletta Videoslots – Ta’ Xbiex Amigos

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar