Waterpolo
Waterpolo: Neptunes jirbħu kontra San Ġiljan u għada jerġghu jilagħbu kontra xulxin fin-KO

Waterpolo Kampjonat Nazzjonali 2019: Mill-Kampjonat Premier il-bieraħ Neptunes Leo Vegas rebħu 16-15 kontra San Ġiljan TUM Invest. L-Iskorers għat-team ta’ Neptunes kienu Stevie Camilleri b’5 goals, ħuħ Jordan b’4 goals, Petar Muslim 3 goals, u żewġ goals kull wieħed għal Darko Brguljan u Nikolai Zammit. Il-goals ta’ San Ġiljan ġew skorjati hekk sitta għal Guiliermo Molina, erba’ għal Niksa Dobud, tlieta Dino Zammit u goal kull wieħed għal Matthew Zammit u Darren Zammit. Fl-aħħar ħinijiet tal-logħba ġlieda fl-ilma hekk kif diversi players ġew fl-idejn fejn għal Neptunes tkeċċa Stevie Camilleri filwaqt li għal San Ġiljan tkeċċew Ben Plumpton u Dino Zammit.

Iż-żewġ teams għada jerġgħu jiltaqgħu fil-kompetizzjoni Knock Out.

Mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni Otters Nivea rebħu 11-6 kontra Ta’ Xbiex Amigos.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-plejers tal-waterpolo bl-aqwa prestazzjoni matul l-istaġun tal-2019 tal-BOV Water Polo ġew ippreżentati bl-unuri tal-BOV Water Polo Plejers tas-Sena għall-2019 matul avveniment li sar fil-Premium Banking Centre tal-Bank of Valletta f’Santa…

Waterpolo

Nhar il-Ġimgha 29 ta’ Novembru se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-ASA, fejn il-President attwali Joe Caruana Curran mhux se jkun ikkontestat għal din il-kariga u allura se jkun elett fil-kariga…

Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Aktar