Waterpolo
Waterpolo: Neptunes jirbħu kontra Sirens u draw bejn Exiles u Valletta

Waterpolo: Il-bieraħ żewġ logħbiet mill-kampjonat Premier u logħba waħda mill-ewwel diviżjoni.

Mill-Kampjonat Premier Neptunes Leo Vegas rebħu 15-11 kontra Sirens Greentube. Għal Neptunes fil-konfront skorjaw erba’ goals kull wieħed l-aħdwa Jordan u Stevie Camilleri filwaqt li skorjaw tnejn kull wieħed Petar Muslim u Miguel zammit. Il-goals l-oħra ġew skorjati goal kull wieħed minn Niki lanzon, Gabriel Pace, u Matthias Azzopardi. Għal Sirens skorja ħames goals Nicolas Bicari, żewġ goals Paul Privitera u goal kull wiħed għal Marc Grech, Isiah Riolo, Clint Mercieca, u John Brownrigg.

Fil-logħba l-oħra mill-kampjonat Premier tal-bieraħ draw ta’ 8-8 bejn Exiles Elia Cateres u Valletta Videoslots. Għal Exiles skorjaw żewġ goals kull wieħed Mark Fenech, Nicky paris, u Aurelien Cousin u goal kull wieħed għal Andre Bianchi u Banjamin Lanzon. Għall Valletta erba’ goals għall-barrani tagħhom Marthon Touth, żewġ goals għal Michele Mifsud u goal kull wieħed għal Charlie Zammit u Keith Galea. Fil-logħba tal-ewwel diviżjoni Marsascala Transcripta rebħu 12-8 kontra Otters Nivea.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Illum ġie fi tmiemu l-ewwel fażi tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo bi tliet logħbiet. Fl-ewwel logħba Exiles Elia Caterers 10 – Sliema Frank Salt Real Estate 7. F’logħba oħra Sirens Greentube 11 –…

Sport Lokali

Jordan Camilleri ser jimxi wara l-passi ta’ ħuħ Stevie Camilleri b’esperjenza ġdida l-istaġun li ġej fil-kampjonat Taljan A1 ma’ Roma Nuoto. Camilleri li għandu 25 sena huwa plejer versatili u…

Waterpolo

It-team nazzjonali ta’ taħt il-15 -il sena jinsab impenjat f’tournament internazzjonali fis-Serbja fid-Darko Dudic memorial. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Anthony Farrugia it-team Malti illum tilef 18-2 kontra l-Istati Uniti u allura…

Aktar