Waterpolo
Waterpolo: Neptunes jirbħu l-ewwel logħba tal-finali għar-rebħ tal-kampjonat Premier

Neptunes Leo Vegas rebħu l-ewwel logħba tal-finali minn tliet logħbiet hekk kif it-Tlieta filgħaxija rebħu 13-10 kontra San Ġiljan. L-aħjar skorer fil-logħba kien Stevie Camilleri b’sitt gowls.

Din kienet l-ewwel darba li Neptunes rebħu lil San Ġiljan dan l-istaġun hekk kif iktar qabel f’dan il-kampjonat kienu żammewhom draw. Din kienet it-tieni telfa għal San Ġiljan dan l-istaġun wara li kienu tilfu wkoll kontra Sirens fit-tieni logħba tas-semi finali sabiex it-team minn San Pawil il-Baħar kien sforza t-tielet logħba.

Neptunes jistgħu jirbħu l-kampjonat Premier 2018 nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru jekk jerġgħu jirbħu kontra San Ġiljan fit-tieni logħba ta’ din il-finali. Jekk jirbħu San Ġiljan ikollha tintlgħab l-aħħar logħba dik deċiżiva il-Ħadd 9 ta’ Settembru.

Riżultati tat-Tlieta filgħaxija:

San Ġiljan TUM Invest 10 – Neptunes Leo Vegas 13

Sliema Frank salt real Estate 12 – Sirens Greentube 7

Marsaxlokk Browns Pharmacy 4 – Birżebuġa Freeport 3

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Novaky International Tournament ta’ taħt is-sbatax -il sena li qed isir fl-iSlovakkja. Riżultati sodisfaċenti għat-team Nazzjonali Malti li wara li tilef fl-ewwel ġurnata 15-6 kontra l-Ungerija, iktar tard mal-ġurnata…

Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali, mill-Kampjonat BOV Premier, San Ġiljan Tum Invest għelbu lil Sliema Frank Salt Real Estate bil-punteġġ ta’ 12-7. San Ġiljan rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-1, 2-1 u 3-1, bir-raba’…

Waterpolo

LEN Men’s European U15 Water Polo Championships 2019 Tournament ta’ Kwalifikazzjoni – Group B Żewġ telfiet fl-ewwel żewġ logħbiet għat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-15 -il sena fl-iSlovenja f’dan…

Aktar