Waterpolo
Waterpolo: Neptunes u Birżebbuġa rebbieħa fil-Cross Overs

Fil-Cross Overs li ntlagħbu t-Tlieta filgħaxija, rebħiet għal Neptunes Leo Vegas u Birżebbuġa Freeport.

Exiles Elia Caterers 10  Neptunes Leo Vegas 15

Neptunes skurjaw ħames gowls aktar mill-avversarji f’logħba li produċiet 25 gowl u rebħu bl-iskor ta’ 15-10. Neptunes rebħu tliet sessjonijiet u f’oħra ġew draw, bl-ewwel waħda jirbħuha 5-2 u t-tieni waħda 4-3. Fit-tielet sessjoni, Exiles irnexxilhom iżommu draw 3-3, imma fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, Neptunes rebħuha 3-2. L-aqwa skorers għal Exiles kienu Marko Jelaca u Milos Vukicevic li skurjaw tnejn kull wieħed. Għal Neptunes, Jordan Camilleri kien l-aħjar skorer b’4 gowls.

 

Ta’ Xbiex Amigos 12  Birżebbuġa Freeport 15

F’logħba missielta sat-tmiem, Birżebbuġa għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 15-12. Kienu Ta’ Xbiex li rebħu l-ewwel sessjoni 3-2, b’Birżebbuġa jirrispondu fit-tieni waħda u jirbħuha bi skor identiku biex parzjalment l-iskor kien 5-5. Fit-tielet sessjoni, il-waħda deċiżiva, Birżebbuġa rebħu 5-2, biex fir-raba’ u l-aħħar sessjoni kienu maqsuma 10 gowls, ħamsa fuq kull naħa għal riżultat finali ta’ 15-12. L-aqwa skorer għal Ta’ Xbiex kien Nenad Kacar li skorja 6 gowls, filwaqt li għal Birżebbuġa Antonio Petkovic skorja ħamsa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: San Ġiljan TUM invest sfaw eliminati f’din il-fażi bikrija tal-kompetizzjoni Knock Out tal-ASA 2019 hekk kif tilfu 13-10 kontra Neptunes Leo Vegas. F’dan il-konfront l-aħjar skorers għal Neptunes kienu…

Waterpolo

Waterpolo Kampjonat Nazzjonali 2019: Mill-Kampjonat Premier il-bieraħ Neptunes Leo Vegas rebħu 16-15 kontra San Ġiljan TUM Invest. L-Iskorers għat-team ta’ Neptunes kienu Stevie Camilleri b’5 goals, ħuħ Jordan b’4 goals, Petar…

Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq komplew jintlagħbu l-Cross Overs 2019, bi programm ta’ 3 logħbiet matul il-ġurnata tal-Erbgħa. Birżebbuġa Freeport 21  Otters Nivea 14 Birżebbuġa kienu b’saħħithom wisq għal Otters meta rebħulhom…

Waterpolo

Jerome Gabarretta ta’ Sliema ASC huwa l-BOV Plejer tax-xahar tal-Water Polo għal Ġunju 2019. L-attakkant ta’ 29 sena iddistingwa ruħu matul l-4 logħbiet ta’ Sliema matul ix-xahar ta’ Ġunju b’mhux…

Aktar