Waterpolo
Waterpolo: Neptunes u Marsaskala jirbħu l-kompetizzjoni KO tal-Premier u l-ewwel diviżjoni rispettivament

Finali KO Premier: Neptunes 10-8 Sliema

Neptunes rebħu t-Tazza KO tas-sena 2019 meta fil-finali rebħu kontra Sliema 10-8. Neptunes dejjem żammew l-avversarji tagħhom ‘il bogħod u kien jimmertithom li jirbħu din il-finali.

Finali KO l-1 Diviżjoni: Marsaskala 10-9 Birżebbuġa

U Marsaskala huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni Knock Out tal-ewwel diviżjoni dan wara li fil-finali huma rebħu 10-9 kontra Birżebbuġia.
F’partita missielta sal-aħħar sekondi kienu it-team minn Wied il-Għajn li żammew sod sal-aħħar sessjoni sabiex żammew il-goal vantaġġ li kien kruċjali. Sa tmiem it-tielet sessjoni Marsaskala kienu 8-6 minn fuq bit-team ta’ Birżebbuġa jirbaħ l-aħħar sessjoni 3-2 iżda dan ma kienx biżejjed għalihom. Wara l-logħab saret il-preżentazzjoni tat-tazza tan-Knock Out mill-Uffiċjali tal-Bank of Valletta sponsors anke ta’ din il-kompetizzjoni tal-ASA.

Finali KO Nisa: Exiles 16-14 Sliema

U fil-finali tan-Kock Out tan-Nisa kienu Exiles li rebħu wara l-għoti tal-penalties. Il-Finali bejn Exiles u Sliema intemmet fi draw ta’ 12-12 sabiex it-tazza kellha tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties li raw lill-Exiles joħorġu rebbieħa. Exiles b’dan l-unur rebħu t-tielet tazza tal-istaġun wara li aktar qabel dan is-Sajf huma kienu rebħu s-Super Cup u anke l-kampjonat sabiex it-tfajliet ta’ Exiles għamlu tripletta ta’ suċċessi.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-plejers tal-waterpolo bl-aqwa prestazzjoni matul l-istaġun tal-2019 tal-BOV Water Polo ġew ippreżentati bl-unuri tal-BOV Water Polo Plejers tas-Sena għall-2019 matul avveniment li sar fil-Premium Banking Centre tal-Bank of Valletta f’Santa…

Waterpolo

Nhar il-Ġimgha 29 ta’ Novembru se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-ASA, fejn il-President attwali Joe Caruana Curran mhux se jkun ikkontestat għal din il-kariga u allura se jkun elett fil-kariga…

Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Aktar