Waterpolo
Waterpolo: Neptunes u San Ġiljan jirbħu l-logħbiet rispettivi tal-play-offs

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7

Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema rrispondew fit-tieni sessjoni meta rebħuha 2-1, u sa dak il-ħin l-iskor kien 4-3. Fit-tielet sessjoni Neptunes reġgħu kienu aħjar u żiedu l-vantaġġ għal tliet gowls meta rebħuha 4-2, biex imbagħad rebħu wkoll l-aħħar sessjoni 3-2 għal skor finali ta’ 11-7.

L-aqwa skorer għal Neptunes kien Jake Muscat li skorja 4 gowls, filwaqt li Nicholas Bugelli kien l-aħjar skorer għal Sliema bi 3 gowls.

 

Sirens Mecca Marine Enterprises 7   San Ġiljan TUM Invest 15

Fit-tieni semifinali tal-play-offs tal-Kampjonat BOV Premier, San Ġiljan kienu aħjar mill-avversarji Sirens u rebħulhom 15-7. San Ġiljan ma tawx nifs u ċans lill-avversarji tant li rebħu s-sessjonijiet kollha tall-logħba. L-iskors ta’ kull sessjoni kienu: 5-2, 3-1, 4-1, 3-2.

Għal San Ġiljan, Dino Zammit skurja 5 u kien l-aqwa skorer quddiem Matthew Zammit li skorja 4. Għal Sirens l-aqwa skorer kien Matthew Sciberras li skorja tlieta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA