
Neptunes Leo Vegas – Sliema Frank Salt Real Estate, u Sirens Greentube – San Ġiljan TumInvest: huma ż-żewġ semifinali għall-kampjonat premier BOV tas-sajf tal-waterpolo.
Is-semifinali jintlagħbu fuq l-aqwa minn tliet logħbiet: bit-tliet konfronti bejn iż-żewġ timijiet skedati għal bejn nhar is-Sibt li ġej u s-Sibt ta’ wara.
Neptunes waslu għas-semifinali b’aggregate ta’ 29-13 fuq Valletta Videoslots wara li fit-tieni playoff għelbu lill-Beltin 14-7. Neptunes rebħu l-erba’ sessjonijiet 3-2, 5-1, 4-3, 2-1: bl-aqwa skorer għalihom ikun Stevie Camilleri b’sitt goals.
Sirens min-naħa tagħhom għelbu lil Exiles 9-8: l-istess skor eżatt tal-ewwel leg. It-team ta’ San Pawl il-Baħar rebaħ l-ewwel żewġ sessjonijiet 3-2 u 4-2, Exiles irkupraw tajjeb fit-tielet sessjoni li ħadu 4-1 biex ġabu l-iskor indaqs, iżda Sirens reġgħu rebħu l-aħħar sessjoni 1-0: għal aggregate ta’ 18-16. Nicolas Bicari skorja sitt goals għal Sirens.
Il-programm tas-semifinali:
Is-Sibt 25 t’Awwissu: 18:45 Neptunes – Sliema, 20:00 Sirens – San Ġiljan
L-Erbgħa 29 t’Awwissu: 18:45 Sliema – Neptunes. 20:00 San Ġiljan – Sirens
Is-Sibt 1 ta’ Settembru: 18:45 Neptunes – Sliema, 20:00 Sirens – San Ġiljan