Sport Lokali
Waterpolo: Neptunes u Sirens jgħaddu għas-semifinali

Waterpolo: Fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq ingħatat bidu għall-kompetizzjoni Knock-Out fejn fl-ewwel kwartifinali, kellna r-rebħa ta’ Sirens fuq Birżebbuġa bl-iskor ta’ 11-8 bis-sessjonijiet ikunu 3-1, 1-2, 3-2 u 4-3. L-aqwa skorers f’din il-partita kienu Matthias Azzopardi ta’ Sirens u David Cutajar ta’ Birżebbuġa li t-tnejn li huma skorjaw erba’ gowls.

U fit-tieni partita, li kienet l-iktar waħda mistennija u bilanċjata, kollox kellu jmur għall-għoti tal-penalties minħabba li l-konfront bejn ir-rivali Neptunes u Sliema fil-ħin regolari spiċċa 9-9. Wara l-penalties, kienu Neptunes li rebħu bl-iskor kumplessiv ta’ 12-11.

Nhar il-Ħamis li ġej jintlagħbu s-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni fejn Sirens jaffrontaw lil San Ġiljan filwaqt li Neptunes jilagħbu kontra Exiles.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.