Waterpolo
Waterpolo: Plejer ta’ Neptunes li lagħab il-bieraħ fis-semi finali pożittiv għall-COVID-19
It-Tim ta' Neptunes kollu fi kwarantina

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema.

Il-plejer li ismu ma’ ġiex publikat minħabba l-etika u l-privatezza tal-individwu kellu s-sintomi u għamel test qabel il-logħba.

Il-plejer lagħab fit-tieni logħba tal-playoff semi finali tal-bieraħ li fiha il-plejer ta’ Neptunes skorja wkoll fil-konfront. Neptunes rebħu 11-7 kontra Sliema u allura peress li rebħu żewġ logħbiet minn tlieta tal-playoffs issa qatgħu passaġġ għall-finali kontra Sliema ukoll fuq l-aħjar minn tliet logħbiet.

L-Ewwel logħba tal-finali hi skedata għal nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru. TVM Sport għandu informazzjoni li l-plejers ta’ Neptunes intalbu joqgħodu fi kwarantina u allura l-ewwel logħba tal-finali ma’ tistax tintlgħab għaliex l-erbatax -il ġurnata kwarantina jintemmu il-Ħadd 4 ta’ Ottubru.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.