Waterpolo
Waterpolo: Rebħa għal Sirens f’logħba mill-isbaħ kontra Exiles

Waterpolo fażi tal-Crosovers 2021: Il-bieraħ saru tliet logħbiet oħra mill-fażi tal-crossovers hekk kif l-iktar logħba mistennija kienet dik bejn Sirens u Exiles. F’logħba mill-isbaħ kienu t-tim minn San Pawl il-Baħar Sirens li rebħu 10-9 bil-goal deċiżiv skorjat 31 sekonda mit-tmiem.

Sirens ħadu r-riedi tal-logħba fl-ewwel żewġ sessjonijiet u fetħu vantaġġ ta’ erba’ goals iżda rimonta kbira ta’ Exiles waslet sabiex fl-aħħar sessjoni r-riżultat kien ta’ 8-8 sa tliet minuti mit-tmiem. Il-goal deċiżiv tal-10-9 għal Sirens skorjah Gianni Farrugia 31 sekonda mit-tmiem sabiex b’hekk it-team ta’ Sirens immexxi minn Marko Orlovic rebaħ it-tliet punti f’dan il-konfront. L-għaxar goals ta’ Sirens skorjawhom tnejn kull wieħed Gianni Farrugia u Jerone Zerafa Gregory, goal kull wieħed minn Ken Erdogan, Jacob Sciberras, Matthew Sciberras, Isiah Riolo, u Matthias Azzopardi. Il-goals ta’ Exiles skorjawhom tlieta kull wieħed għal Timothy Sullivan u Kurt Griscti u goal kull wieħed għal Philip Paris, Mark Fenech u Jake Bajada.

Fiż-żewġ logħbiet l-oħra tal-cross overs; Ta’ Xbiex Amigos rebħu 7-3 kontra Marsaxlokk, u Sliema rebħu 19-7 kontra Valletta.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.