Waterpolo
Waterpolo: Rebħa importanti għal San Ġiljan kontra Sliema

San Ġiljan pattew għat-telfa fil-finali tal-Enemend Cup 2020 kontra Sliema billi fl-ewwel logħba bejniethom fil-ħames ġurnata tar-Round Preliminari tal-kampjonat huma rebħu bl-iskor ta’ 9-8kontra l-Blues.  Logħba mill-isbaħ b’rebħa sofferta għal San Ġiljan li minkejja ma setgħetx titgawda fiżikament mid-dilettanti tal-waterpolo minħabba li ntlgħabet bil-bibien magħluqa, ħafna rnexxielhom isegwu l-azzjoni u l-emozzjoni ta’ dan il-konfront permezz ta’ xandira diretta fuq il-paġna ta’ facebook ta’ TVM Sport u kif ukoll min fuq il-paġna tal-programm Swim Up.

San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni 2-1, it-tieni sessjoni ntemmet 1-1. Sliema rkupraw il-goal żvantaġġ fit-tielet sessjoni hekk kif rebħu din is-sessjoni 4-3 u l-aħħar sessjoni ntrebħet minn San Ġiljan 3-2.

Għal Sliema skorjaw żewġ goals kull wieħed Jerome Gabaretta, Jacob Sciberras u goal kull wieħed Liam Galea, Mark Meli, Benji Cachia, u Zach Mizzi.

Il-goals ta’ San Ġiljan ġew skorjati tnejn kull wieħed minn Andreas Galea u Matthew Zammit, u goal kull wieħed minn Marco Mannino, Ben Plumpton, Darren Zammit, Dino Zammit, u Matthias Ortoleva.

Referees kienu: Massimo Angileri, Stefano Pinato.

Fil-logħba l-oħra tal-Ġimgħa Marsaxlokk rebħu 8-5 kontra Ta’ Xbiex.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Aktar