Waterpolo
Waterpolo: Rebħiet għal Birżebbuġa, Neptunes u Sirens

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq komplew jintlagħbu l-Cross Overs 2019, bi programm ta’ 3 logħbiet matul il-ġurnata tal-Erbgħa.

Birżebbuġa Freeport 21  Otters Nivea 14

Birżebbuġa kienu b’saħħithom wisq għal Otters meta rebħulhom bl-iskor ta’ 21-14 u ma tilfu l-ebda sessjoni. Fl-ewwel sessjoni Birżebbuġa fetħu ħames gowls vantaġġ, 5-0, bit-tieni sessjoni jirbħuha 6-5. Fit-tielet sessjoni l-iskor kien ta’ 4-4, filwaqt li fir-raba’ u l-aħħar sessjoni l-iskor kien 6-5 favur Birżebbuġa. L-aqwa skorer għal Birżebbuġa kien Antonio Petkovic li skorja 6, filwaqt li anke Milos Filipovic skorja 6 għal Otters.

 

Neptunes Leo Vegas 10  Sliema Frank Salt 9

F’logħba taħraq u missielta sat-tmiem, Neptunes għelbu lil Sliema 10-9. Sliema bdew tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 3-2, b’Neptunes jirrispondu fit-tieni waħda biex rebħuha huma 3-2 u allura għamlu l-iskor indaqs, 5-5. Draw fit-tielet sessjoni 2-2, biex imbagħad l-aħħar sessjonji rebħuha Neptunes 3-2. Jordan Camilleri kien l-aħjar skorer għal Neptunes meta skorja 4, filwaqt li Gavril Subotic skorja 4 għal Sliema.

 

Sirens Greentube 9  San Ġiljan Tum Invest 8

Fl-aħħar logħba tal-ġurnata, Sirens skurjaw gowl aktar biex għelbu lil San Ġiljan 9-8. San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni 3-2, bit-tieni waħda tintemm fi draw ta’ 3-3. Kien fit-tielet sessjoni li Sirens dawru l-logħba meta rebħuha 3-0, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tkun mirbuħa minn San Ġiljan 2-1. B’hekk Sirens rebħu l-logħba meta matulha rebħu biss sessjoni waħda. L-aqwa skorer għal Sirens kien Valentino Gallo li skorja 5, filwaqt li Guillermo Molina skorja 5 għal San Ġiljan.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar