Waterpolo
Waterpolo: Rebħiet għal San Ġiljan, Birżebbuġa u Sirens fir-round preliminari

San Ġiljan Tum Invest 17  Valletta Izibet 11

San Ġiljan rebħu l-ewwel logħba tar-round preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf meta xejnu l-isfida ta’ Valletta u rebħulhom 17-11. L-ewwel sessjoni ntrebħet minn San Ġiljan 5-2 u anke rebħu t-tieni waħda 3-1. Fit-tielet sessjoni baqgħu għaddejjin u rebħuha 5-1 imma mbagħad naqqsu r-ritmu fl-aħħar sessjoni u tilfuha 7-4, għal punteġġ finali ta’ 17-11.

L-aqwa skorers għal San Ġiljan kienu Matthew Zammit li skorja 5 u Marco Mannino li skorja 4. Għal Valletta, Edward Aquilina, Michele Stellini u Niki Lanzon skurjaw tliet gowls kull wieħed.

 

Marsaxlokk Browns 9   Birżebbuġa Freeport 13

Birżebbuġa bdew il-Kampjonat tas-Sajf b’rebħa meta għelbu lil Marsaxlokk 13-9. L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1, u anke t-tieni sessjoni spiċċat bl-iskor indaqs ta’ 5-5. It-tielet sessjoni ntrebħet 2-1 minn Marsaxlokk u Birżebbuġa dawwru l-logħba fl-aħħar sessjoni meta rebħuha 6-1 għal skor finali ta’ 13-9.

L-aqwa skorers għal Birżebbuġa kienu David Cutajar li skorja ħames gowls u David Pace Lupi li skorja tlieta. Id-disa’ gowls ta’ Marsaxlokk kienu kollha skurjati minn plejers differenti.

 

Sirens Mecca Enterprises 7   Marsaskala Fish & Fish 3

Sirens rebbieħa fuq Marsaskala fl-aħħar logħba fil-Pixxina Nazzjonali matul il-ġurnata tal-Erbgħa. Sirens rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet, 2-0, 2-0, bl-aħħar żewġ sessjonijiet jispiċċaw fi draw ta’ 2-2 u 1-1 rispettivament.

L-aqwa skorer għal Sirens kien Matthew Sciberras li skorja żewġ gowls, l-istess kif għamel Jan Culic għal Marsaskala.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8. Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet…

Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Waterpolo

Mill-Kampjonat tas-Sajf, mil-lejla tibda r-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari fil-Pixxina Nazzjonali. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fis-18:15 u s-19:30 rispettivament: Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club Exiles Sports Club…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Aktar