Waterpolo – rebħiet għal Sliema FSRE u San Ġiljan All Care

Waterpolo, Sliema Frank Salt Real Estate għelbu lil Sirens Ritter Sport bl-iskor ta’ 11-10.

Logħba drammatika fejn bit-tim tas-Sliema qed jirbaħ 11-10 u kien fadal punt wieħed ta sekonda, r-referi Fabio Tempesta ordna penalti favur Sirens u keċċa tliet plejers ta’ Sliema, Christian Presciutti nkariga ruħu mill penalti, iżda l-plejers ta’ Sliema tajrulu l-ballun biex il-partita ntemmet bi Sliema joħorġu rebbieħa.

Sessjonijiet, Sliema l-ewwel, 2-1, 3-2, 4-3, 2-4.

L-aqwa skorers għal Sliema, John Soler bi tliet gowls, għal Sirens Csaba Kiss u Christian Presciutti ukoll bi tliet gowls.

Referis – Fabio Tempesta u Massimo Ancilleri.

Fit-tieni partita San Giljan All Care Insurance għelbu faċilmet lil Exiles Ferretti bl-iskor ta’ 18-6.

Sessjonijiet, San Giljan l-ewwel, 3-2, 4-0, 6-1, 5-3.

L-aħjar skorer għal San Giljan kien Matthew Zammit b’ħames gowls, għal Exiles l-aħjar skorer kien Gergeri Kantonas b’żewġ gowls.

Referis – Alex de Raffaele u Stefano Skollo.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar