Waterpolo
Waterpolo: Rebħiet għal Sliema, Sirens u Valletta

L-Erbgħa filgħaxija ntlagħbu tliet logħbiet fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq mill-Kampjonat tas-Sajf. Żewġ logħbiet mill-Kampjonat Premier u oħra mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

San Ġiljan Tum Invest 12  Sliema Frank Salt Real Estate 14

F’logħba missielta mill-Kampjonat Premier, Sliema għelbu lil San Ġiljan bil-punteġġ ta’ 14-12. Sliema fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni 5-1, b’San Ġiljan jirrispondu fit-tieni sessjoni u rebħuha 4-2. Il-Ġiljaniżi rebħu wkoll it-tielet sessjoni 5-2, biex sa dak il-ħin l-iskor kien 10-9 favurihom, imma fl-aħħar sessjoni Sliema dawru l-logħba meta rebħuha 5-2 u rebħu bl-iskor ta’ 14-12.

L-aqwa skorer għal San Ġiljan kien Guillermo Molina li skorja ħamsa, filwaqt li għas-Sliema Gavril Subotic u Nicholas Bugelli skurjaw 4 kull wieħed.

 

Sirens Greentube 16  Marsaxlokk Browns 13

Sirens ukoll ħarġu rebbieħa kontra Marsaxlokk, f’logħba oħra mill-Kampjonat Premier, bil-punteġġ ta’ 16-13. Marsaxlokk bdew tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 4-3, imma Sirens irrispondew fit-tieni waħda u rebħuha 6-1. Marsaxlokkm wettqu reazzjoni u t-tielet sessjoni rebħuha huma 5-1, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tmur favur Sirens li rebħuha 6-3. L-aqwa skorer għal Sirens kien Valentino Gallo li skorja sitta, filwaqt li Ivan Nagaev skorja 7 għal Marsaxlokk.

 

Valletta Videoslots 22  Ta’ Xbiex AMigos 13

Rebħa komda għal Valletta fuq Ta’ Xbiex fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, meta fl-uniku logħba minn din id-diviżjoni huma rebħu 22-13. Valletta rebħu tliet sessjonijiet minn erbgħa, bl-ewwel waħda tintemm 6-2. Fit-tieni sessjoni Valletta żiedu l-vantaġġ meta rebħuha 7-2, b’Ta’ Xbiex jirbħu t-tielet sessjoni 6-4. Ir-raba’ sessjoni kienet mirbuħa għal darb’oħra minn Valletta meta rebħuha 5-3. L-aqwa skorers għal Valletta kienu Peter Borg u Miguel Zammit li skurjaw 4 kull wieħed, filwaqt li Nenad Kacar u Niccol Gitto skurjaw tlieta kull wieħed għal Ta’ Xbiex.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

San Ġiljan Tum Invest 18  Marsaxlokk Browns 12 L-ewwel u t-tielet sessjoni kienu importanti ħafna għal San Ġiljan għax permezz tal-vantaġġ li tellgħu f’dawn iż-żewġ sessjonijiet ħarġu rebbieħa fuq l-avversarji….

Waterpolo

Fi programm ta’ żewġ logħbiet mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, rebħiet għal Marsaskala u Birżebbuġa fil-partiti rispettivi tagħhom. Marsaskala Fish & Fish 18  Otters Nivea 13 Marsaskala ma tilfux sessjoni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Min għada sa nhar il-Ħamis erbat ijiem ta’ logħob mill-kampjonat Premier u anke mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Wara ġimgħa mingħajr logħob minħabba l-impenji tat-teams nazzjonali taż-żgħażagħ din il-ġimgħa t-teams lokali…

Aktar