Waterpolo
Waterpolo: Rebħiet għal Sliema u Ta’ Xbiex

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex.

Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9

Sliema kienu aħjar mill-avversarji matul il-logħba kollha u rebħu bl-iskor ta’ 9-5. L-ewwel sessjoni kienet mirbuħa minn Sliema 2-1, u anke t-tieni sessjoni rebħuha bl-istess riżultat biex għamlu l-iskor 4-2. It-tielet sessjoni rebħuha wkoll bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu vantaġġ komdu t’4 gowls, u r-raba’ u l-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3 għal riżultat finali ta’ 9-5.

L-aqwa skorer għal Exiles kien Philip Paris b’żewġ gowls filwaqt li għal Sliema kien Jerome Gabarretta li skorja tlieta.

 

Marsaskala Fish n Fish 4   Ta’ Xbiex 6

Ta’ Xbiex rebħu kontra Marsaskala 6-4, f’logħba li kienet pjuttost missielta. Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni 1-0, bit-tieni sessjoni tintemm fi draw ta’ 2-2 biex l-iskor sar 3-2. It-tielet sessjoni kienet mirbuħa minn Marsaskala 1-0 biex għall-aħħar sessjoni daħlu 3-3. Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni rebħuha 3-1 Ta’ Xbiex għal skor finali ta’ 6-4.

Għal Marsaskala skurjaw gowl kull wieħed Paul Privitera, Max Aquilina, Kyle Navarro u Luca Felice, filwaqt li għal Ta’ Xbiex skorja tnejn Niall Saliba.

 

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet oħra mir-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari:

17:30 San Ġiljan Tum Invest – Otters Nivea

18:45 Birżebbuġa Malta Freeport – Sirens Aquatic Sports Club

20:00 Neptunes Waterpolo Sports Club – Marsaxlokk Browns

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Fil-Pixxina Nazzjonali llejla jintlagħbu l-logħbiet ta’ ritorn tal-play-offs tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel logħbiet bejniethom jumejn ilu, Marsaskala kienu rebħu lil Ta’ Xbiex b’gowl wieħed, filwaqt li Marsaxlokk kellhom vantaġġ komdu…

Aktar