Waterpolo
Waterpolo: Rebħiet minn San Ġiljan u Valletta fil-Kampjonat BOV Premier

Fil-Pixxina Nazzjonali, mill-Kampjonat BOV Premier, San Ġiljan Tum Invest għelbu lil Sliema Frank Salt Real Estate bil-punteġġ ta’ 12-7. San Ġiljan rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-1, 2-1 u 3-1, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni jirbħuha Sliema bil-punteġġ ta’ 4-3. Għalkemm Sliema rebħu l-aħħar sessjoni ma kienx biżżejjed u tilfu 12-7.

Valletta Videoslots għelbu lill Exiles Elia Cateres 8-7 f’logħba missielta. Exiles rebħu l-ewwel sessjoni 1-0, bit-tieni sessjoni tispiċċa fi dro ta’ 3-3. Valletta rebħu t-tielet sessjoni 3-1, bl-aħħar sessjoni tispiċċa fi dro ta’ 2-2, biex b’hekk Valletta għelbu lill-Exiles 8-7.

Mill-Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni, Birżebbuġa Freeport tilfu kontra Marsaskala Fish & Fish bil-punteġġ ta’ 9-6. Marsaskala rebħu l-ewwel sessjoni 2-0, b’Birżebbuġa jirrispondu fit-tieni sessjoni bi 3-1. It-tielet sessjoni kienet mirbuħa minn Birżebbuġa. b’Marsaxlokk idawru kollox fir-raba’ u l-aħħar sessjoni meta rebħuha 4-0 u b’hekk rebħu l-logħba 9-6.

 

Intant, ilbieraħ filgħaxija ntlagħbu żewġ logħbiet fil-Pixxina Nazzjonali, fejn mill-Kampjonat BOV Premier, Sirens Greentube tilfu man-Neptunes Leo Vegas 12-9. In-Neptunes ma tilfu l-ebda sessjoni, fejn rebħu l-ewwel tnejn 2-1 u 4-2 rispettivament, imbagħad ġew dro 3-3 fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara.

Mill-Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni, rebħa għal Marsaxlokk Browns kontra Ta’ Xbiex Amigos bil-punteġġ ta’ 10-5. Marsaxlokk rebħu s-sessjonijiet kollha, 2-0 3-2 3-2 u 2-1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

Waterpolo LEN Euro cup 2019 : Hekk kif il-bieraħ fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq is-selezzjoni Maltija taħt l-isem ta’ Valletta Waterpolo Club tilfu bl-iskor ta’ 13 bi 8 kontra Posilipo, illum it-tim…

Waterpolo

Il-Malta Waterpolo Referees Association ikkritikat dak li sejħet in-nuqqas ta’ fiduċja li l-club tal-waterpolo ta’ Sliema wera fl-istess assoċjazzjoni: sal-punt li l-club talab li l-partiti deċiżivi tal-kampjonat premier tas-sajf tal-waterpolo…

Waterpolo

Neptunes huma ċ-Champions tal-Waterpolo dan wara li fit-tieni play off tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo huma għelbu lil Sliema 14-10 L-ewwel sessjoni ntrebħet minn Sliema bl-iskor ta’ 4-2 b’Neptunes jirbħu t-tieni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Wara li t-team ta’ San Ġiljan kellu kampjonat diżappuntanti – tant li falla milli jakkwista post fil-finali hekk kif tilef kontra Sliema 10-9 fil-logħba deċiżiva, kienet ikkonfermata r-riżenja tal-President…

Aktar