Sport Lokali
Waterpolo – San Ġiljan jirbħu konfront ieħor dirett din id-darba Sliema l-vittmi tagħhom

Waterpolo

RITRATT- Wally Galea

Tkompli l-mixja pożittiva għal San Ġiljan Tum Invest f’dan il-bidu tal-kampjonat, wara li nhar l-Erbgħa huma għelbu lil Neptunes Leo Vegas, il-Ġiljaniżi żammew ir-rekord ta’ punti massimu wara żewġ logħbiet b’rebħa oħra f’konfront dirett min-naħa ta’ fuq tal-klassifika, din id-darba San Ġiljan għelbu lil Sliema Frank Salt Real Estate bl-iskor ta’ 12-8.

Sessjonijiet San Ġiljan l-ewwel – 2-4, 4-1, 3-2, 3-1.

L-aħjar skorer għal San Ġiljan kien iż-żagħżugħ Ben Plumpton awtur ta’ erba’ goals, waqt li Zack Mizzi bi tlett gowls kien l-aqwa skorer għat-team Slimiż.

Partita oħra mill-Kampjonat Premier is-Sibt filgħaxija draw xi ftit mhux mistenni ta’ 6-6 bejn Sirens u Exiles.
Sessjonijiet San Pawl il-Baħar l-ewwel – 2-2, 1-0, 1-1, 2-3.

Logħba pjuttost bilanċjata, l-aqwa skorer kien Nikic Slobodan ta’ Exiles awtur ta’ tliet goals.

Mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni t-tieni rebħa ukoll minn tnejn għal Marsascala li għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 10-7.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton…

Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri rebħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020. Iż-żewġ atleti kisbu wkoll it-titlu tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon. It-tellieqa kienet mifruxa fuq erba’ tlielaq…

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza Indipendenza kienu James Galea Jr u Samuel Grech li rebħu l-unuri prinċipali fit-Trap u d-Dritta rispettivament. Din l-edizzjoni tat-Tazza Indipendenza saret fix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’…

Aktar