Waterpolo
Waterpolo: San Ġiljan jirbħu l-Enemed Cup 2019

ENEMED CUP 2019 FINALI

Sirens Greentube…………..5

San Ġiljan TUM Invest……8

(1-1), (2-2), (1-2), (1-3)

San Ġiljan rebħu t-Tazza Enemed għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif fil-finali tat-Tlieta filgħodu huma rebħu kontra Sirens bl-iskor ta’ 8-5. Kienet finali missielta ferm b’Sirens jagħtu sfida sal-aħħar lil San Ġiljan bil-Ġiljaniżi jirnexxielhom jassiguraw ruħhom mir-rebħa fl-aħħar sessjoni biss.

Logħba kbira għal Sirens għal darb’oħra għall-goalkeeper Nicky Grixti li jinsab f’vena mil-aqwa u Edward Aquilina li skorja żewġ goals iżda tkeċċa lejn nofs it-tielet sessjoni u kien forsi hemm it-turning point tal-logħba għaliex in-nuqqas tiegħu fl-ilma għat-team minn San Pawl il-Baħar inħass ferm.

It-tmien goals ta’ San Ġiljan f’din il-finali skorjawhom erba’ Matthew Zammit wieħed minnhom minn penalty, tnejn għal Ben Plumpton u goal kull wieħed għal Dino Zammit u Paul Fava. Il-ħames goals ta’ Sirens kienu skorjati minn Edward Aquilina tnejn għalih u goal kull wieħed minn Isiah Riolo, Luke Caruana u Matthew Sciberras.

Fil-logħba l-oħra għat-tielet post Neptunes Leo Vegas rebħu 14-8 kontra Sliema Frank Salt Real Estate.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar