Waterpolo
Waterpolo: San Ġiljan jirbħu n-Knock Out tal-irġiel b’gowl fl-aħħar sekonda ta’ Ben Plumpton

San Ġiljan huma r-rebbieħa tan-Knock Out tal-irġiel fl-aħħar partita tal-istaġun meta fil-finali tat-Tlieta filgħaxija rnexxielhom jegħlbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 10 għal 9.

San Ġiljan pattew għad-diżappunt tal-kampjonat meta fl-aħħar sekonda, fl-aħħar xutt tal-partita, Ben Plumpton skorja l-10 gowl u dak deċiżiv f’partita li dehret sejra għal ħin barrani.

Fl-ewwel partita Sliema għelbu lil San Ġiljan b’punteġġ ta’ 12 għal 8. Din kienet it-tielet knock out mirbuħa fl-Istorja tal-klabb tan-nisa ta’ Sliema.

Fit-tieni partita, Marsascala għelbu lil Birżebbuġa bl-istess skor ta’ 12 għal 8. Din kienet finali tan-Knock Out tal-ewwel diviżjoni.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

It-tim Malti lbieraħ sofra telfa kbira kontra l-Ġermanja, 23-9. Din kienet it-tieni telfa tat-tim Malti fl-Europa Cup Qualification Round 2 wara li fl-ewwel logħba Malta tilfet kontra r-Russja. Il-Maltin bdew…

Waterpolo

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo jinsab il-Ġermanja fejn it-Tlieta se jilgħab it-tieni logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-League Europa Cup kontra l-Ġermanja, wara t-telfa kontra r-Russja fl-ewwel logħba fil-pixxina nazzjonali. Għal din…

Waterpolo

Marsaxlokk iffirmaw barrani ġdid. Il-plejer hu Ivan Nagaev, Russu ta’ 25 sena. Nagaev kien parti mit-tim nazzjonali tar-Russja fil-Kampjonat Mondjali tal-waterpolo tal-2015.

Waterpolo

Partita waħda llum mill-World Europa League, it-tim nazzjonali Malti fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq isofri telfa ta’ 18 għal 5 kontra Russja. Is-sessjonijiet bit-tim nazzjonali Malti l-ewwel intemmu 1-2, 2-5, 2-3 u…

Aktar