X

Waterpolo: San Ġiljan jirbħu n-Knock Out tal-irġiel b’gowl fl-aħħar sekonda ta’ Ben Plumpton

San Ġiljan huma r-rebbieħa tan-Knock Out tal-irġiel fl-aħħar partita tal-istaġun meta fil-finali tat-Tlieta filgħaxija rnexxielhom jegħlbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 10 għal 9.

San Ġiljan pattew għad-diżappunt tal-kampjonat meta fl-aħħar sekonda, fl-aħħar xutt tal-partita, Ben Plumpton skorja l-10 gowl u dak deċiżiv f’partita li dehret sejra għal ħin barrani.

Fl-ewwel partita Sliema għelbu lil San Ġiljan b’punteġġ ta’ 12 għal 8. Din kienet it-tielet knock out mirbuħa fl-Istorja tal-klabb tan-nisa ta’ Sliema.

Fit-tieni partita, Marsascala għelbu lil Birżebbuġa bl-istess skor ta’ 12 għal 8. Din kienet finali tan-Knock Out tal-ewwel diviżjoni.