Sport Lokali
Waterpolo – San Ġiljan l-ewwel u xxamplati.. Swim-Up il-Ħadd LIVE fid-9pm fuq TVM2

Waterpolo

Il-ġimgħa filgħaxija San Ġiljan Tum Invest komplew bil-mixja tagħhom fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier, issa b’vantaġġ komdu ta’ sitt punti fuq iż-żewġ teamijiet fit-tieni post, dan wara li kif mistenni huma għelbu lit-team tal-qiegħ Valletta bl-iskor ta’ 12-6.

Sessjonijiet San Ġiljan l-ewwel – 1-1, 4-2, 3-2, 4-1.

L-aħjar skorer għall-Ġiljaniżi kien Aurel Cousin awtur ta’ erba’ goals.

B’din ir-rebħa San Ġiljan jibqgħu b’punti massimi ħmistax-il punt minn ħames logħbiet, kif semmejna sitt punti aktar mid-duo ta’ Sliema u Neptunes b’disa’ punti, Sirens bir-rebħa bla mistenni fuq Sliema telgħu b’seba’ punti, Exiles erbgħa, fil-qiegħ Valletta li mill-ewwel ħames logħbiet għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tagħhom.

Infakkarkom dan kollu u aktar jigi diskuss il-Ħadd waqt edizzjoni LIVE tal-programm SWIM-Up fuq TVM2 mid-disgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton…

Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri rebħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020. Iż-żewġ atleti kisbu wkoll it-titlu tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon. It-tellieqa kienet mifruxa fuq erba’ tlielaq…

Aktar