Sport Lokali
Waterpolo – San Ġiljan TUM Invest ikomplu jsaħħu l-quċċata tal-klassifika

RAPPORT – Joanna Camilleri u Antvin Monseigneur.. RITRATT – Wally Galea

Waterpolo

Kampjonat Premier wara li t-Tlieta filgħaxija Sliema Frank Salt għelbu lil Neptunes Leo Vegas bl-iskor ta’ 11-10, l-Erbgħa filgħaxija żewġ logħbiet oħra.

San Ġiljan Tum Invest komplew isaħħu l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 9-7.

L-ewwel sessjoni ntemmet 2-2, biex fit-tieni sessjoni San Ġiljan ħarġu tajjeb biex rebħu din is-sessjoni 3-1.

San Ġiljan mill-ġdid dominanti fit-tielet sessjoni, qabel ma rrilasaw xi ftit u ta dan Sirens approfittaw u rebħu l-aħħar sessjoni 3-2, għal skor finali – San Ġiljan disgħa, Sirens sebgħa.

L-aħjar skorer għal San Ġiljan kien Matthew Zammit awtur ta’ erba’ goals, għat-team minn San Pawl il-Baħar tliet goals għall-internazzjonali Taljan Christian Presciutti bħala l-aqwa skorer.

Aktar qabel, Exiles ħasdu lil Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 9-6.

Sessjonijiet Exiles l-ewwel, 2-3, 2-0, 2-0, 3-3.

U f’partita ukoll mill-Ewwel Diviżjoni Kampjonat BOV tard l-Erbgħa wara nofsinhar dejjem fil-Pixxina Nazzjonali, draw ta’ 7-7 bejn Otters u Ta’ Xbiex.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton…

Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri rebħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020. Iż-żewġ atleti kisbu wkoll it-titlu tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon. It-tellieqa kienet mifruxa fuq erba’ tlielaq…

Aktar