Waterpolo
Waterpolo: San Ġiljan u Sirens jirbħu fil-Kampjonat BOV Premier

San Ġiljan Tum Invest 18  Marsaxlokk Browns 12

L-ewwel u t-tielet sessjoni kienu importanti ħafna għal San Ġiljan għax permezz tal-vantaġġ li tellgħu f’dawn iż-żewġ sessjonijiet ħarġu rebbieħa fuq l-avversarji. Il-Ġiljaniżi fetħu tajjeb tant li l-ewwel sessjoni rebħuha 6-3. Fit-tieni sessjoni Marsaxlokk wettqu reazzjoni u rebħuha 4-2, avolja l-Ixlukkajri baqgħu minn taħt. Fit-tielet sessjoni San Ġiljan kabbru l-vantaġġ meta spiċċaw bi skor ta’ 5-1, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tintemm 5-4.

Niksa Dobud u Matthew Zammit kienu l-aħjar skorer għall-Ġiljaniżi meta skurjaw sitta kull wieħed, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra Ivan Nagaev ukoll skorja sitta għal Marsaxlokk.

 

Sirens Greentube 17  Exiles Elia Caterers 13

Sirens fetħu vantaġġ komdu ħafna fl-ewwel tliet sessjonijiet tal-logħba, tant li għalkemm tilfu l-aħħar sessjoni dan ma nkwetahomx għaliex xorta spiċċaw il-konfront b’4 gowls distakk. Sirens rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet 5-4, 4-2 u 7-2, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni jirbħuha Exiles 5-1. L-aħjar skorer għal Sirens kien Christian Presciutti li skorja ħames gowls, filwaqt li għal Exiles Marko Jelaca, Timothy Sullivan u Milos Vukicevic skurjaw tlieta kull wieħed.

 

Intant, l-Erbgħa jkomplu l-playoffs tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni meta fis-18:15 jerġgħu jiltaqgħu Otters Nivea u Marsaskala Fish & Fish, filwaqt li fis-19:30 it-tielet logħba playoff bejn Ta’ Xbiex Amigos u Birżebbuġa Freeport.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Waterpolo

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u…

Aktar