Waterpolo
Waterpolo Serie A1: Roma Nuoto fil-‘Final Six Scudetto’, bl-aħwa Camilleri jiskorjaw 5 bejniethom kontra Posillipo

Waterpolo: Serie A1 fl-Italja, it-team Roma Nuoto li jilagħbu miegħu l-aħwa Stevie u Jordan Camilleri l-bieraħ rebħu l-logħba deċiżiva tal-kampjonat is-Sibt kontra Posillipo 13-9 sabiex issa Roma jidħlu fil-finali ‘Final Six Scudetto’. Dan hu trgward storiku għal Roma Nuoto li sa ftit snin ilu kienu jilagħbu fit-tieni diviżjoni fl-Italja iżda dan l-istaġun ikkonfermaw li huma fost l-aqwa sitt teams fl-ogħla diviżjoni tal-Italja. Fil-logħba tal-bieraħ Jordan Camilleri skorja goal u ħuħ Stevie skorja 4. L-aħħar darba li team minn Ruma wasal sa din il-fażi kien għaxar snin ilu.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Illum ittellgħu l-poloz tal-kwalifikazzjonijiet tal-kampjonati Ewropej tal-waterpolo. Malta ttellgħet biex tilgħab kontra r-Rumanija u l-Portugall. Il-partiti ta’ Malta jintlagħbu bejn il-11 u t-13 ta’ Ottubru fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Waterpolo

Waterpolo: Novaky International Tournament ta’ taħt is-sbatax -il sena li qed isir fl-iSlovakkja. Riżultati sodisfaċenti għat-team Nazzjonali Malti li wara li tilef fl-ewwel ġurnata 15-6 kontra l-Ungerija, iktar tard mal-ġurnata…

Aktar