Waterpolo
Waterpolo: Sirens jirbħu lil Exiles fil-Kampjonat BOV Premier, Marsaskala u Marsaxlokk rebbieħa fl-Ewwel Diviżjoni

Kampjonat BOV Premier

Exiles Ferretti 8   Sirens Mecca Marine Enterprises 9

Il-gowl farrad minn 17 kien biżżejjed biex Sirens għelbu lil Exiles bil-punteġġ ta’ 9-8 f’logħba kumbattuta mill-Kampjonat BOV Premier. Sar-raba’ sessjoni l-iskor kien 6-6 u l-logħba kellha tiġi deċiża bil-penalties. Kienu Exiles li fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni 3-1, imma fit-tieni waħda Sirens naqqsu d-distakk meta rebħuha 2-1. It-tielet sessjoni reġgħu rebħuha Sirens 1-0, u b’dak il-gowl vantaġġ daħlu għar-raba’ u l-aħħar sessjoni li ntemmet fi draw ta’ 2-2 għall-punteġġ ta’ 6-6 favur Sirens.

Fl-għoti tal-penalties Sirens kienu aħjar mill-avversarji tant li Matthias Azzopardi, Ken Erdogan u Isaiah Riolo skurjaw il-penalties tagħhom filwaqt li Kurt Griscti u Aurelien Cousin skurjaw għal Exiles.

L-aħjar skorer għal Exiles kien Aurelien Cousin li skorja 3 gowls filwaqt li għal Sirens, Isaiah Riolo, Matthew Sciberras u Matthias Azzopardi skurjaw 2 gowls kull wieħed.

 

Kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni

Marsaskala Fish n Fish 8   Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club 7

Marsaskala skurjaw gowl aktar mill-avversarji meta fil-Pixxina Nazzjonali għelbu lil Ta’ Xbiex 8-7. Marsaskala rebħu l-ewwel sessjoni 3-2, imma Ta’ Xbiex għamlu l-iskor indaqs fit-tieni sessjoni meta rebħuha 2-1. Fit-tielet sessjoni t-timijiet baqgħu bl-iskor indaqs meta spiċċawha 2-2, imma fir-raba’ sessjoni Marsaskala skurjaw wieħed aktar u rebħuha 2-1 għal riżultat finali ta’ 8-7.

Luca Felica kien l-aqwa skorer għal Marsaskala bi tliet gowls, filwaqt li Matthew Mifsud u Mark Carani skurjaw tnejn kull wieħed għal Ta’ Xbiex.

 

Marsaxlokk Browns 14   Otters Nivea 4

Faċli għal Marsaxlokk kontra Otters wara li fi tmiem il-logħba l-punteġġ kien t’14-4. Marsaxlokk ma tilfu l-ebda sessjoni fil-logħba kollha u fl-ewwel waħda fetħu vantaġġ t’erba’ gowls meta rebħuha 5-1. Fit-tieni sessjoni Otters irnexxilhom iżommu l-furja tax-Xlukkajri u r-riżultat spiċċa 1-1, imma fl-aħħar żewġ sessjonijiet Marsaxlokk ġrew bl-avversarji meta rebħuhom 4-0 u 4-2 rispettivament.

L-aqwa skorers għal Marsaxlokk kienu Timothy Agius u Joseph Galea li skurjaw tlieta kull wieħed, filwaqt li Karl Scicluna skurja tnejn għal Otters.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Fil-Pixxina Nazzjonali llejla jintlagħbu l-logħbiet ta’ ritorn tal-play-offs tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel logħbiet bejniethom jumejn ilu, Marsaskala kienu rebħu lil Ta’ Xbiex b’gowl wieħed, filwaqt li Marsaxlokk kellhom vantaġġ komdu…

Wara li lbieraħ iż-żewġ logħbiet tal-Waterpolo tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ġew posposti, illejla fil-Pixxina Nazzjonali ser jintlagħbu b’kollox tliet logħbiet. Minħabba t-temp ħażin li lbieraħ laqat il-gżejjer Maltin, l-ASA ddeċidiet li…

Il-bieraħ intlagħbu żewġ logħbiet mill-kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel logħba Otters ghelbu lil M’Xlokk 9-8, sessjonijiet l-Għawdxin l-ewwel, 1-3, 3-1, 4-2, 1-2. Fit-tieni logħba faċli għal Valletta li għelbu lil…

Aktar