Waterpolo
Waterpolo: Sliema, Exiles u San Ġiljan rebbieħa fl-Enemed Cup 2020

Sliema Frank Salt 20   Marsaskala Fish & Fish 4

Fir-ritorn tal-Enemed Cup 2020, kienu Sliema u Marsaskala li fetħu t-tkomplija ta’ din il-kompetizzjoni fil-Pixxina Nazzjonali wara waqfa t’erba’ xhur minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Sliema kienu definittivament aħjar matul il-logħba kollha tant li rebħu kull sessjoni. Sa tmiem l-ewwel sessjoni kienu diġà bnew vantaġġ ta’ 6 gowls meta ntemmet 7-1. It-tieni sessjoni rebħuha 4-0 filwaqt li t-tielet waħda rebħuha 4-1. Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni rebħuha 5-2 għal skor totali ta’ 20-4.

Għal Sliema, Jerome Gabarretta, Jacob Sciberras, Mark Meli, Spiteri Staines u John Brownrigg kollha skurjaw tliet gowls kull wieħed.

 

Sirens Mecca Marin 5   Exiles 6

F’logħba taħraq, Exiles skurjaw gowl aktar mill-avversarji sabiex ħarġu rebbieħa 6-5. L-ewwel sessjoni rebħuha Exiles 2-1, filwaqt li rebħu t-tieni waħda wkoll 3-0 biex fetħu vantaġġ t’erba’ gowls, 5-1. Sirens qamu mill-ħasda fit-tielet sessjoni meta rebħuha huma 3-0 biex naqqsu d-distakk għal 5-4, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tintemm fi draw ta’ 1-1 u allura Exiles ħarġu rebbieħa 6-5. Għal Sirens l-aqwa skorer kien Jake Ciantar li skorja darbtejn, filwaqt li Nicky Paris skorja wkoll tnejn għal Exiles.

 

Neptunes Leo Vegas 7   San Ġiljan Tum Invest 13

Fl-aħħar logħbha tal-ġurnata San Ġiljan ħarġu rebbieħa fuq Neptunes bil-punteġġ ta’ 13-7.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8. Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet…

Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Waterpolo

Mill-Kampjonat tas-Sajf, mil-lejla tibda r-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari fil-Pixxina Nazzjonali. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fis-18:15 u s-19:30 rispettivament: Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club Exiles Sports Club…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Aktar