Waterpolo – Sliema FSRE kontra Neptunes Grimaldi fil-finali tan-KO Premier

Waterpolo

Se tkun bejn Sliema Frank Salt Real Estate u Neptunes Grimaldi l-finali tan-Knock Out tal-Kampjonat Premier.

Wara li t-Tlieta, Sliema għelbu lil Valletta fl-ewwel semi finali, fit-tieni semi finali, Neptunes Grimaldi għelbu lil Sirens Ritter Sport bl-iskor ta’ 10-9.

Sessjonijiet Neptunes l-ewwel, 1-2, 4-2, 2-1, 3-4.

L-aħjar skorer ghal Neptunes kien Peter Biros b’ħamsa, għal Sirens l-aħjar skorer kien Christian Presciutti bi tliet gowls.

Referees – Massimo Angilleri u Giovanni Del Bosko.

U fit-tieni semi finali tan-Knock Out tal-Ewwel Diviżjoni, Otters Nivea għelbu lil Ta Xbiex Amigos 12-11. wara l-ħin barrani.

Sa l-ħin regolamentari riżultat ta’ 10-10, bis-sessjonijiet Otters l-ewwel jispiċċaw, 4-3, 4-2, 2-3, 0-2.

Fil-ħin barrani, Otters jirbħu l-ewwel sessjoni 2-1, biex l-aħħar sessjoni spiċċat mingħajr gowls.

L-aqwa skorer għal Otters kien Ivan Vuskanovic b’seba gowls, għal Ta’ Xbiex l-aħjar skorer kien Otis Zammit b’erba gowls.

Fil-finali tan-Knock Out tal-Ewwel Diviżjoni, Otters Nivea jiltaqgħu kontra Marsascala Mor€.

Referees – Ronnie Spiteri u Giovanni Lodico

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar