Waterpolo
Waterpolo: Sliema jirbħu lil Birżebbuġa

Sliema Frank Salt għelbu lil Birżebbuġa Freeport bl-iskor ta’ 16-4 f’logħba valida mit-Tazza Enemed. Is-Slimiżi ddominaw l-ewwel sessjoni tant li rebħu 5-0 bit-tieni sessjoni li spiċċat fi dro ta’ 3-3. Minkejja kollox, Sliema kienu aktar konvinċenti fit-tielet u r-raba’ sessjoni tant li rebħu 4-1 u 4-0. L-aqwa skorers għas-Slimiżi kienu John Brownrigg li kien awtur ta’ erba’ gowls filwaqt li Benji Cachia skorja tlieta.

It-tieni partita bejn Valletta Izibet u San Giljan Mercury Towers ma ntlagħbitx minħabba problema ta’ COVID-19 fit-tim Ġiljaniż u għaldaqstant it-tim Belti ngħata walkover.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'