Waterpolo
Waterpolo: Sliema, San Ġiljan u Marsaskala jirbħu fil-Cross overs

Sirens Greentube 9  Sliema Frank Salt 14

F’logħba ddominata minn Sliema ħlief għat-tieni sessjoni, huma ħarġu rebbieħa fuq Sirens bil-punteġġ ta’ 14-9. Sliema fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, b’Sirens jirrispondu fit-tieni sessjoni u rebħuha huma 4-2. Bi Sliema xorta waħda fil-vantaġġ, huma komplew ikabbru d-distakk fit-tielet sessjoni meta rebħuha 4-3 u għalqu l-logħba fir-raba’ u l-aħħar sessjoni bil-punteġġ ta’ 5-2. L-aqwa skorer għal Sirens kien Christian Presciutti li skorja 4 gowls, filwaqt li għal Sliema Gavril Subotic skorja nofs il-gowls tat-tim Slimiż, sebgħa.

 

San Ġiljan Tum Invest 18  Marsaxlokk Browns 12

Logħba li produċiet 30 gowl, b’San Ġiljan jirbħu l-ewwel u l-aħħar sessjoni, bit-tnejn tan-nofs jispiċċaw fi draw. San Ġiljan fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls fl-ewwel sessjoni meta rebħuha 4-2, bit-tieni sessjoni tispiċċa 5-5. Anke t-tielet sessjoni spiċċat draw, 3-3, b’San Ġiljan iserrħu rashom fl-aħħar sessjoni meta rebħuha 6-2. L-aqwa skorer għal San Ġiljan kien Niksa Dobud li skorja ħamsa, filwaqt li għal Marsaxlokk Andrija Vlahovic skurja 4.

 

Marsaskala Fish & Fish 17  Valletta Videoslots 14

Kienu tliet gowls id-differenza bejn Marsaskala u Valletta, bl-Iskalin joħorġu rebbieħa 17-14. Marsaskala rebħu l-ewwel sessjoni 4-3, b’Valletta jirrispondu fit-tieni sessjoni u rebħuha 4-2. Marsaskala reġgħu rebħu t-tielet sessjoni 5-3, biex sa dak il-ħin l-iskor kien 11-10 favur l-Iskalin. Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni kienet mirbuħa minn Marsaskala 6-4. Konstantin Averka skorja 7 għal Marsaskala u kien l-aqwa skorer għalihom, b’Dmitri Kholod ikun l-aħjar skorer għal Valletta b’5 gowls.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Waterpolo

Illejla jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo tal-LEN li se jintlagħbu f’Budapest l-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla. Malta se tkun fl-urna numru 4 fil-polza mal-Ġermanja, Franza, u Olanda. Dan ifisser li permess…

Aktar