Waterpolo
Waterpolo: Sliema, Sirens u Neptunes b’rebħiet fir-round preliminari

Round Preliminari Grupp A

Sliema Frank Salt 14  Marsaskala Fish & Fish 8

Rebħa għal Sliema fir-round preliminari kontra Marsaskala meta rebħu tlieta minn erba’ sessjonijiet u ħarġu rebbieħa 14-8. Fl-ewwel sessjoni Sliema rebħu 3-1, it-tieni waħda rebħuha 4-1 u t-tielet 6-3, sakemm fir-raba’ u l-aħħar sessjoni l-Islimiżi naqqsu xi ftit ir-ritmu u Marsaskala ħadu ċ-ċans biex rebħuha 3-1. L-aqwa skorer għal Sliema kien Jerome Gabarretta li skorja 4 filwaqt li għal Marsaskala l-gowls kienu maqsuma bejn il-barranin Kristijan Milakovic u Konstantin Averka li skurjaw 4 kull wieħed.

Round Preliminari Grupp B

Sirens Greentube 20  Ta’ Xbiex Amigos 11

Sirens ħarġu rebbieħa fuq Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 20-11 f’logħba oħra mir-round preliminari, din id-darba minn Grupp B. Sirens superjuri prattikament matul il-logħba kollha fejn rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-0, 6-4 u 4-2. B’rashom mistrieħa mir-rebħa, Sirens naqqsu l-inizjattiva u fl-aħħar sessjoni taw aktar ċans lil Ta’ Xbiex biex spiċċaw fi draw ta’ 5-5, b’riżultat finali ta’ 20-11. L-aħjar skorer għal Sirens kien Christian Presciutti li skurja ħamsa, filwaqt li għal Ta’ Xbiex Nenad Kacar skorja 5 wkoll.

Neptunes Leo Vegas 21  Valletta Videoslots 13

Is-saħħa tan-Neptunes ħarġet kontra Valletta meta rnexxilhom ixejnu l-isfida tal-avversarji u rebħulhom 21-13. In-Neptunes rebħu tlieta mill-erba’ sessjonijiet, bl-ewwel waħda tintemm 4-2 favurihom. It-tieni sessjoni kienet diżappuntanti ħafna għal Valletta tant li tilfuha 7-1, imma fit-tielet sessjoni l-Beltin dehru jwettqu reazzjoni u rebħuha 4-3. Sa dak il-ħin ir-riżultat kien 14-7 favur in-Neptunes li mbagħad rebħu l-aħħar sessjoni 7-6. Steven Camilleri u Petar Muslim skurjaw ħamsa kull wieħed għan-Neptunes, filwaqt li Dmitri Kholod skurja 7 mit-13-il gowl ta’ Valletta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo Kampjonat Nazzjonali 2019: Mill-Kampjonat Premier il-bieraħ Neptunes Leo Vegas rebħu 16-15 kontra San Ġiljan TUM Invest. L-Iskorers għat-team ta’ Neptunes kienu Stevie Camilleri b’5 goals, ħuħ Jordan b’4 goals, Petar…

Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq komplew jintlagħbu l-Cross Overs 2019, bi programm ta’ 3 logħbiet matul il-ġurnata tal-Erbgħa. Birżebbuġa Freeport 21  Otters Nivea 14 Birżebbuġa kienu b’saħħithom wisq għal Otters meta rebħulhom…

Waterpolo

Jerome Gabarretta ta’ Sliema ASC huwa l-BOV Plejer tax-xahar tal-Water Polo għal Ġunju 2019. L-attakkant ta’ 29 sena iddistingwa ruħu matul l-4 logħbiet ta’ Sliema matul ix-xahar ta’ Ġunju b’mhux…

Waterpolo

Fiż-żewġ logħbiet li ntlagħbu t-Tlieta filgħaxija fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, Marsaskala Fish & Fish u Marsaxlokk Browns ħarġu rebbieħa fil-logħbiet rispettivi tagħhom tal-Cross Overs 2019. Ta’ Xbiex Amigos 9  Marsaskala Fish…

Aktar