Waterpolo
Waterpolo: Telfa ta’ 17-5 kontra l-Montenegro, Izzo jgħid li l-Maltin lagħbu b’aktar kunfidenza

KAMJONATI EWROPEJ LEN 2018

MONTENEGRO…….17

MALTA…………………5

(4-1), (7-0), (4-2), (2-2)

It-Team Nazzjonali Malti tilef it-tieni logħba tiegħu fi Grupp B tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN bl-iskor ta’ 17-5 f’logħba li kienet deskritta bħala l-logħba bejn David u Gulija, bit-team Malti dixxiplinat kemm kien dixxiplinat, kellu jbaxxi rasu għall-forza tal-players Montenegrini li ma kellehom ebda ħniena tul it-32 minuta fl-erba’ sessjonijiet.

Il-Montenegro riedu jirbħu kontra Malta b’diferenza ta’ 17 -il goal sabiex jissuperaw id-differenza ta’ goals ta’ Spanja iżda ma rnexxielhom għaliex mhux talli l-players Maltin issikkaw, żammew il-pusses u għamu lura f’kull ballun mitluf, iżda saħansitra rnexxielhom jiskurjaw ħames goals li waslu tnejn mix-xellugi Matthew Zammit, u goal kull wieħed minn Ben Plumpton, Aurelien Cousin u Stevie Camileri.

Is-sessjonijiet Montenegro l-ewwel kienu hekk (4-1), (7-0), (4-2), (2-2)

Logħba fejn il-Maltin batew ferm fl-ewwel żewġ sessjonijiet fejn erġajna assistejna għal sensiela ta’ nuqqas ta’ attenzjoni waqt is-sitwazzjonijiet ta’ man up fejn minn 7 man ups għamilna tnejn biss u mhux wara li l-Maltin dawwru l-ballun iżda li ġew permezz ta’ pass veloċi u goal mill-istess player li jkun ġab it-tkeċċija.

Logħba li fiha spikkaw iż-żewġ goalkeepers Maltin Nicky Grixti u Jake Tanti li qasmu l-logħba bejniethom u li kieku ma kienx għalihom l-iskor seta’ kien ikbar.

It-tielet logħba u l-aħħar waħda fil-Grupp tkun kontra Franza nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Il-Club ta’ Neptunes estenda l-permanenza tal-goalkeeper tagħhom Alan Borg Cole għal erba’ snin oħra mal-Club. Filfatt Borg Cole estenda l-kuntratt mal-Club mill-Balluta b’erba snin oħra. Il-Kuntratt kien iffirmat bejn…

Waterpolo

Bl-istaġun tal-waterpolo lokali magħluq Neptunes għamlu l-ewwel pass fis-suq tat-trasferimenti u assiguraw il-player żagħżugħ tagħhom Jeremy Abela għal xejn inqas minn erba’ snin oħra mal-Club. Abela magħruf bħala l-‘iŻnoq’ kien…

Waterpolo

L-ASA flimkien ma’ SportMalta organizzaw diversi tournaments matul il-ġimgħa Ewropea tal-Isport u l-kampanja Be Active. It-tournaments li saru fid-19 u l-21 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq, kienu jinkludi logħbiet għal…

Aktar