Waterpolo
Waterpolo: Telfa ta’ 19-9 kontra l-Olanda fl-aħħar logħba fil-kampjonat Ewropew tal-LEN 2020

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020

Malta ………9

Olanda……19

(2-5), (2-5), (2-4), (3-5)

Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest.

Logħba li l-Maltin kien qed jaffaċjaw lill-Olanda sabiex min jirbaħ ikun klassifikat fil-15 -il post fil-klassifika finali ta’ dan il-Kampjonat. L-avversarji tal-Maltin ma kienx ħaqqhom jilagħbu din il-logħba għaliex kienu rebħu lir-Rumanija fl-ewwel logħba tal-Grupp iżda r-riżultat bejn ir-Rumanija u r-Russja kkastighom, u allura mhux ta’ b’xejn li kienu aħjar minnha tul l-erba’ sessjonijiet u rebħulna bl-iskor ta’ 19-9 distakk ta’ għaxar goals.

B’Jerome Gabaretta mhux fl-aħjar kundizzjoni u l-goalkeeper Nicky Grixti jilgħab biss l-ewwel sessjoni l-affarijiet reġgħu bdew ħażin għat-team ta’ Izzo fejn li kieku li ma kienux il-goals b’xuttijiet minn barra ta’ Stevie Camilleri li skorja ħames goals f’dan il-konfront l-iskor kien ukoll ikbar favur l-Olandiżi.

Mill-ewwel tlifna l-ewwel sessjoni 5-2 meta f’din is-sessjoni r-risposta għall-ħames goals tal-‘Orange’ ġew minn Stevie Camilleri l-4-1 u minn Matthew Zammit l-4-2 rispettivament.

It-tieni sessjoni kellha l-istess skor identiku dak ta’ 5-2 bil-goals Maltin jaslu f’din is-sessjoni t-tnejn li huma mill-player ta’ Neptunes u ta’ Roma Nuoto Stevie Camilleri li skorja l-5-3 u d-9-4 sa dak il-ħin.

It-tielet sessjoni tlifniha 4-2 hawn il-goals għall-Malti skorjawhom Ben Plumpton u ieħor minn Matthew Zammit.

Bil-logħba mirbuħa u mitlifa l-Olanda baqgħu jisfruttaw mill-iżbalji tagħna fejn il-Maltin baqgħu jikkonċedu dawk li fi kliem Izzo wara l-logħba ddeskrivihom bħala ‘soft goals’. It-tliet goals tal-aħħar sessjoni skorjawhom Stevie Camilleri tnejn u ieħor minn Ben Plumpton.

B’hekk tiġi fi tmiem esperjenza oħra għat-team Nazzjonali tal-waterpolo, t-tielet waħda konsekuttiva fil-kampjonati Ewropej tal-LEN, fejn minkejja li hu tajjeb li qed nilagħbu mal-aqwa 16 tal-Ewropa issa kulħadd għandu jerfa’ r-responsabilita’ ta’ dan it-ragward (top 12) li ma ntaħaqx ibda mill-players u anke mill-amministrazzjoni tal-ASA li għandha mill-aktar fis mhux biss tagħmel post mortem serju ta’ dan il-kampjonat iżda tfassal pjan sabiex jekk niffwalifikaw għall-kampjonat Ewropew tas-sena 2022 li se jsir fil-Kroazja ma’ nkunux qed niktbu u nirraportaw l-istess storja.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

L-Ungerija huma ċ-champions Ewropej meta fil-finali li ntlagħbet illejla u li xxandret dirett fuq TVM2, huma għelbu lil Spanja bl-għoti tal-penalties wara erba’ sessjonijiet spettakolari fejn ir-riżultat intemm 9-9. Iż-żewġ…

Waterpolo

Il-finali tal-kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-Len 2020 se tixxandar diretta llejla fuq TVM2 fis-19.00 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef. Il-finali se tintlagħab bejn l-Ungerija, li ospitaw dawn il-kampjonati u Spanja. It-tim nazzjonali…

Waterpolo

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u…

Aktar