Waterpolo – Titħabbar l-iskwadra proviżorja għar-ritorn kontra Franza

Il-kowċ Nazzjonali Malti tal-Waterpolo Karl Izzo ħabbar skwadra provizorja ta’ sbatax-il plejer għal logħba ta’ ritorn kontra Franza f’pajjiżna nhar is-Sibt illi ġej, mill-Play Offs ta’ Kwalifikazzjoni għal Kampjonati Ewropej li se jsiru f’Budapest iktar tard din is-sena.

L-iskwadra hija l-istess waħda magħżula għal-ewwel logħba f’Montpellier li fiha t-Tim Nazzjonali tilef bl-iskor ta’ 20-8 kontra l-Franċiżi.

L-iskwadra ta’ sbatax-il plejer se tittrenja din il-ġimgħa kollha, qabel ma nhar il-Ħamis fil-għodu, l-iskwadra tinżel għal tlettax-il plejer finali għal partita kontra Franza ta’ nhar is-Sibt li ġej fin-12.30pm fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

L-iskwadra proviżorja hija din :- James Spiteri Staines (Exiles), Timothy Agius, Jordan Camilleri, Stevie Camilleri, Alan Borg Cole, Michele Stellini, Niki Lanzon, Clint Mercieca (Neptunes), Dean Camilleri, Dino Zammit, Matthew Zammit (San Giljan), Alex Attard, John Brownrigg, Jerome Gabaretta, Mark Meli, Timothy Sullivan (Sliema), Ryan Sciortino (Valletta).

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar