Waterpolo
Waterpolo: Valletta Champions tal-Kampjnat BOV tal-1 Diviżjoni

Waterpolo: Valletta Izibet rebħu t-tieni logħba tal-finali tal-kampjonat BOV tal-ewwel diviżjoni meta għelbu lil Marsaskala Fish n Fish bl-iskor ta’ 12-5.

B’din ir-rebħa Valletta ġew inkurunati Champions ta’ dan il-kampjonat u għalhekk pattew bil-kbir għad-diżappunt li ma kienux ikkwalifikaw għall-kampjonat Premier.

Fil-logħba tal-lum l-aħjar skorer għalihom kien Keith Galea li skorja tliet goals. Il-goals l-oħra għal Valletta skorjawhom tnejn kull wieħed Michele Stellini u Andrea Bianchi u goal kull wieħed għal Peter Borg, Edward Aquilina, Andrea Agius, Nicholas Farrugia u Niky Lanzon.

Wara l-logħba Valletta ġew ippreżentati bit-trofew ta’ Champions ta’ dan il-kampjonat. Valletta f’dan il-kampjonat kienu mmexxija mill-kowċ Srdjan LAZAREVIC.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.