Sport Lokali
Waterpolo: Valletta jitilfu t-tieni partita fil-LEN Euro Cup

Waterpolo LEN Euro cup 2019 : Hekk kif il-bieraħ fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq is-selezzjoni Maltija taħt l-isem ta’ Valletta Waterpolo Club tilfu bl-iskor ta’ 13 bi 8 kontra Posilipo, illum it-tim Malti ltaqa’ kontra l-Franċiżi ta’ Noissy Le Sec u tilef bl-iskor ta’ 16-10.

Għada l-aħħar logħba tkun kontra l-Ungeriżi ta’ Miskolc f’logħba li tintlagħab il-Ħadd filgħodu fl-10.15pm.

Dawn il-logħbiet se jservu ta’ preparazzjoni għaż-żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat ewropew tal-LEN kontra l-Portugall u kontra r-Rumaniaj li se jintlgħabu fit-12 u t-13 ta’ Ottubru.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Dan l-aħħar it-Tim Nazzjonali tal-Irġiel taċ-Ċikliżmu pparteċipa fit-12-il ċiklu ta’ ċikliżmu bejn ajruporti organizzat mill-Università tat-Tuneżija bi sħab mal-avjazzjoni ċivili u l-ajruporti Tuneżini. It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali…

Ċikliżmu

John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali se jibqa’ fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet dan l-aħħar…

Hockey

Il-Ħadd li għadda ngħata bidu għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey 2019/20 biċ-champions renjanti Qormi Daikin u Floriana Young Stars rreġistraw rebħiet faċli. Wara t-telfa ftit li xejn mistennija kontra White Hart fil-logħba…

Boxing

Iċ-champion tal-heavyweight Andy Ruiz ser jerġa’ jiġġieled m’Anthony Joshua nhar is-Sibt li ġej, 7 ta’ Diċembru. Il-ġlieda boxing li ser issir fil-kapitali tal-Arabja Sawdija, Riyadh, hija waħda mistennija biż-żewġ boxers…

Aktar