Waterpolo
Waterpolo: Verona li magħhom tilgħab Elena Borg ma jaslux sal-finali

Waterpolo: It-tim taljan tan-nisa ta’ Verona tilef il-logħba deċiżiva tas-semi finali playoff kontra Padova 16-6 sabiex b’hekk tisfuma fix-xejn l-opportunita’ li kellha l-player Maltija Elena Borg li tilgħab fil-finali prestiġjuża għar-rebħ tal-kampjonat taljan A1.

Fit-tielet u l-aħħar logħba Verona ma kellhomx livell tajjeb ta’ logħob bħal ma’ kellhom fl-ewwel żewġ logħbiet u ma setgħux jagħmlu xejn biex iwaqqfu lil Padova li rebħu s-sessjonijiet kollha hekk: 4  2 , 4  2, 5  0 u 3  2.

Il-finali fuq l-aħjar minn tliet logħbiet se tkun qed tintlagħab bejn Padova u Lekipe Orizzonte.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.