Watrpolo: Franza jerġgħu jirbħulna

It-Tim Nazzjonali malti tal-waterpolo reġa’ tilef bi skor kbir illum kontra Franza bl-iskor ta’ 20-6 fit-tieni leg tal-Play off għall-kwalkifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-Waterpolo li se jsir iktar tard din is-sena f’Lulju f’Budapest.

Franza rebħu l-ewwel sessjoni (6-1), it-tieni sessjoni spiċċat fi draw ta’ (2-2), it-tielet sessjoni rebħuha l-Franċiżi (6-3) u l-aħħar sessjoni reġgħu rebħuha Franza (6-0).

Is-Sitt gowls tal-Maltin skorjawhom Niki Lanzon, Jerome Gabaretta, Matthew Zammit, Jordan Camilleri u dopjetta ta’ Stevie Camilleri.

L-aħjar skorer għall-avversarji tagħna kien il-captain Franċiż Mickael Bodegas li skorja ħames goals. Fost il-Franċiżi spikkaw ukoll Romain Blary u Alexandre Camarassa li skorjaw tlieta kull wieħed.

Ir-Referees tal-konfront kienu l-Olandiż De jong u r-Russu Brosovski. Fl-ewwel leg f’Montpeiller Franza kienu rebħu 20-8.

It-tim malta imexxi minn Karl Izzo lagħab dawn iż-żewġ legs tal-play offs peress li spiċċa t-tielet fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni u ħa post il-Maċedonja li rtiraw.

Fil-fażi tal-gruppi it-tim Malta tal-waterpolo kien rebaħ fost l-oħrajn lil Belarus, l-Portugal u anke lill-Izvizzera.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin. L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda…

Tennis

Simona Halep qalet li għadha ftit inkwetata dwar il-fatt li trid tilgħab l-Open tal-Istati Uniti ta’ din is-sena. It-tournament ta’ Wimbledon ġie kkanċellat minħabba l-COVID-19 u l-Open tal-Istati Uniti se…

Badminton

Iċ-Ċiniż Lin Dan, wieħed mill-aqwa plejers fl-Istorja ta’ dan l-isport, ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu. Lin Dan rebaħ żewġ Midalji Olimpiċi fl-isport tal-badminton għaċ-Ċina. Super Dan, hekk kif inhu magħruf…

Żwiemel

Iż-żiemel Serpentine kellu wrja eċċellenti biex rebaħ it-tiġrija Epsom Derby u b’hekk, it-trainer Aidan O’Brien sar l-aktar trainer ta’ suċċess fl-Istorja tat-tlielaq taż-żwiemel tal-galopp. Serpentine kien kwotat 25 għal waħda…

Aktar