Sport Lokali
Wayne Gregoraci jirbaħ fi Strongman 2018 għall-Amateurs f’Birmingham

Tliet kompetituri Maltin ippartecipaw f’kompetizzjoni ta’ Strongman 2018 għall-Amateurs f’Birmingham, l-Ingilterra. Dawn kienu Kris Mintoff, Charles Degiorgio u Wayne Gregoraci, b’dan tal-aħħar jispiċċa fl-ewwel post mit-33 kompetitur li kien hemm biex b’hekk ikkwalifika għal Britain’s Strongest Novice illi se tiġi organiżżata f’Settembru li gej. Iż-żewġ kompetituri l-oħra wkoll kisbu riżultat inkoraġġanti b’Mintoff jikseb ir-raba’ post fil-klassifika ġenerali u Degiorgio, minkejja li jien l-eħfef u l-iżgħar kompetitur fid-daqs minn dawk kollha li hadu sehem spiċċa f’nofs il-klassifika.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieqa Jorge Martinez u Marion Calvo spiċċaw sospiżi għal sentejn wara li x-xahar li għadda qabdu jiġġieldu fuq iċ-ċirkwit fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Muturi fil-Costa Rica. Il-ġlieda bdiet minn x’ħin Martinez u…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic kellu jżomm sod kontra Federico Delbonis u rebaħ b’żewġ sets għal tnejn, biex b’hekk għadda mit-tielet round tal-Open ta’ Miami. Is-Serb rebaħ l-ewwel sett 7-5…

Hockey

Il-Ħadd jiftaħ it-tielet u l-aħħar round tal-kampjonat bil-logħba Rabat kontra White Hart fid-9:00am waqt li fl-11.00am hemm il-logħba ferm mistennija bejna Qormi Daikin u Sliema Hs. Logħba, li għalkemm mhux…

Aktar