
Futbol internazzjonali
Wayne Rooney jinħatar manager ta’ Derby County
L-ex plejer ta’ Manchester United u l-Ingilterra Wayne Rooney irtira mill-karriera ta’ plejer u nħatar manager tal-klabb ta’ Derby County.
Il-klabb stess ikkonferma din l-aħbar u fi stqarrija qal li Rooney iffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs.
Rooney huwa l-aktar plejer li skurja gowls mat-tim nazzjonali Ingliż, eżattamentt 53 gowl.
Ma’ Derby County, Rooney lagħab 35 partita.
Hu kien ilu kowċ interim ma’ Derby sa minn Nomembru meta l-klabb neħħa lill-kowċ Olangiż Philip Cocu.
Rooney kien beda l-karriera tiegħu ma’ Everton u skurja l-ewwel gowl tiegħu b’mod spettakolari meta kellu 16-il sena kontra Arsenal.