Motorsport
Weekend impenjattiv għal żewġ timijiet tal-motorsport

It-tim ta Simon Girodmaina u Franklyn Borg qiegħdin ġewwa l-Ungerija fejn se jirrapreżentaw lil Malta fl-ewwel rawnd tal-FIM Super Street Bike fl-arena ta Kunmadaras Motorsport.

Proprju ix-xahar li għadda, Simon u Franklyn kisru ir-rekord nazzjonali tat-trakka tal-Assocjazjoni Maltija Għad-Drag Racing meta Franklyn saq il-mutur preparat minn Simon f’ħin ta 6.99 sekondi.

Fit-tmiem il-ġimgħa ukoll, Renato u Josef Agius żewġ dilettanti tal-karozzi klassiċi ser jippartecipaw għat-tieni darba konsekuttiva fil-Monte Pellegrino Historic f’Palermo fi Sqallija meta is-sena l-oħra ħadu sehem bil-FIAT 127 ta Renato.

Din is-sena se jieħdu sehem bil-Mini ta’ Josef li nbniet apposta għal din l-okkażjoni u li se tinstaq minn l-istess Josef bl-għajnuna ta Renato.

Miktub minn...
TVM Sport