Weekend mill-aqwa għall-isport Malti … jirbħu ukoll tal-Futsal

Apparti s-suċċess fil-Waterpolo, anke t-team Nazzjonali Malti tal-Futsal kellu tmiem il-ġimgħa mill-aqwa wara li kiseb it-tieni rebħa minn tnejn, meta l-Ħadd filgħodu reġa għeleb lil San Marino f’partita oħra ta’ ħbiberija bl-iscore ta’ 5-3.

Rimonta mill-aqwa għat-team Malti mmexxi mill-coach il-ġdid Peter Pullicino, li għal xi ħin kien fi żvantaġġ bl-iscore ta’ 3-1.

Il-goals għal Malta waslu minn doppjetta ta’ Dylan Musu, u goals oħra minn Luke Stivala, Carl Azzopardi, u Xavier Saliba.

Dawn iż-żewġ logħbiet kontra San Marino għat-Team Malti servew ta’ preparazzjoni għall-partiti minn Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal li se jintlagħbu bejn l-20 u s-26 ta’ Ottubru li ġej fil-Litwanja.

Miktub minn...
Rodney Vassallo